top of page
BibiPortrait_LA12Marzu2025_0Z5A2913.jpg

Dwar

Ix-xogħol ta’ Camilleri jinkludi r-riċerka u l-kitba tal-bijografija ta’ Tony Carr, mużiċist Malti b’karriera notevoli li ħadem ma’ artisti distinti u ta’ fama mondjali. Għar-riċerka tiegħu dwar il-jazz fi Strada Stretta b’fokus fuq Tony Carr, Camilleri rċieva l- RIDT Charles Gatt Award. Huwa kiteb u pproduċa tliet dokumentarji: Strait Street to Abbey Road , dwar il-ħajja u l-karriera ta’ Carr ibbażat fuq l-istess riċerka; Mar-Ritmu tac-City, dokumentarju qasir dwar Charles Gatt; u Keeping Time: The Malta Jazz Festival Story. Huwa wkoll il-fundatur ta’ Nix Mangiari , pjattaforma u tikketta indipendenti ta’ riċerka kulturali, li permezz tagħha beda Anecdotes of Jazz in Malta , proġett li jgħaqqad il-mużika live mal-films.

 

Bħala drummer u perkussjonista, huwa daqq u rrekordja ma’ artisti u kollettivi bħal Brikkuni, Blue Tangerine, Sfera, Kym, Joon, u Saydon Studios. Huwa ospita workshops għal drummers aspiranti u jdoqq spiss kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta.

Ritratt meħud minn Lisa Attard

DRUMMER
PERKUSSJONISTA
PRODUTTUR

bottom of page