top of page

+

KITTIEB

PRODUTTUR

KEEPING TIME

Mit-twaqqif tiegħu fl-1991 sal-lum, dan id-dokumentarju jesplora kif il-Malta Jazz Festival għadda minn perjodi ta’ bidla, inċertezza, u tiġdid. Permezz ta’ intervisti, sorsi arkivjali, u filmati performattivi, il-film juri kif diretturi artistiċi suċċessivi u komunità lokali ddedikata tal-jazz iffurmaw u sostnew festival li kellu rwol ewlieni fil-ħajja kulturali ta’ Malta filwaqt li bena reputazzjoni internazzjonali fiċ-ċirkwit Ewropew tal-jazz.

CHARLES GATT
MAR-RITMU TAC-CITY

Dan id-dokumentarju qasir huwa stampa ta’ Charles "City" Gatt, drummer, pittur, u direttur artistiku tal-Malta Jazz Festival. Il-film jesplora l-filosofija artistika tiegħu, l-approċċ tiegħu għall-jazz u l-improvizzazzjoni, u l-impatt dejjiemi tiegħu fuq ix-xena kulturali ta’ Malta. Permezz ta’ filmati arkivjali, reġistrazzjonijiet personali, u intervisti, jiddeskrivi artist li għex bl-improvizzazzjoni, kemm jekk wara l-perkussjoni, fuq tila, jew fit-tiswir ta’ wieħed mill-aktar festivals tal-jazz rispettati fl-Ewropa.

STRAIT STREET TO ABBEY ROAD

Fi 'Strait Street to Abbey Road', id-drummer Malti Tony Carr huwa żagħżugħ li qed jinħeba f’xelters taħt l-art matul it-Tieni Gwerra Dinija, waqt li jdoqq ukoll il-jazz fil-bars ta’ Strada Stretta fil-Belt Valletta ma’ mużiċisti tal-jazz Afro-Amerikani. Il-ħajja bħala mużiċist kellha l-limitazzjonijiet tagħha f’Malta u sabiex isegwi karriera fil-mużika Tony mar jgħix Londra biex jidħol fix-xena tal-mużika kontemporanja. Wara snin jaħdem f’xogħlijiet żgħar, l-avvanz ta’ Tony wasal meta ngħaqad mal-kantant internazzjonali Billy Eckstine fuq tour Ewropew. Tony sar fid-domanda kbira bħala plejer tas-sessjonijiet f’Londra. Fis-snin 60, John Cameron, pjanista, konduttur u arranġatur tal-jazz u l-pop, irrekluta lil Tony Carr bħala wieħed mill-muzicisti għas-sessjonijiet tiegħu. Ella Fitzgerald, Sixto Rodriguez, Donovan, Alan Price, u Paul McCartney huma biss ftit minn dawk li Tony ħadem magħhom.

DRUMMER
PERKUSSJONISTA
PRODUTTUR

bottom of page