Dawn huma stejjer li ħassejt li jistħoqqilhom jiġu dokumentati bl-aħjar mod possibbli. Il-mezz li għażilt huwa l-format dokumentarju.
It-taqsimiet li ġejjin fihom informazzjoni dwar is-suġġetti, flimkien ma’ wħud mill-elementi ewlenin li kienu essenzjali biex jgħinuni nifhem kif dawn l-istejjer jgħaqqdu u jiffurmaw narrattiva akbar.
B'gratitudni lejn kull min qasam l-istejjer, il-memorji u l-arkivji personali tiegħu.
GEORGE CARUANA
Tony Carr (imwieled George Caruana fl-1927) kien drummer u perkussjonist Malti li bena karriera distinta fir-Renju Unit wara li emigra fl-1952. Huwa daqq ma' wħud mill-akbar ismijiet fil-jazz u l-mużika popolari, inklużi Billy Eckstine, Dizzy Gillespie, Ella Fitzgerald, Donovan, Sixto Rodriguez u Paul McCartney.
Dokumentarju li jesplora ħajtu u l-karriera mużikali tiegħu ingħata l-premier fiċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv fl-10 ta’ Ottubru 2024.
Isma' lil Tony jitkellem dwar kif kiseb ix-xogħol ma' Billy Eckstine fl-1954.
Silta mill-Album Road to Ellingtonia ta' Bill Le Sage.
Ritratti
CHARLES GATT
Charles Gatt, magħruf bħala “is-City,” kien mużiċist u artist Malti miż-Żebbiegħ. Wara li ggradwa mill-Berklee College of Music, huwa wettaq wirjiet internazzjonali, serva bħala direttur artistiku tal-Malta Jazz Festival, u kellu rwol importanti fix-xena mużikali ta’ Malta.


Charles jaħdem
Diġitizzat minn tejp VHS

Reviżjoni tal-proġett “Musical Conversations” ta’ Charles Gatt — Times of Malta
MALTA JAZZ FESTIVAL
Imwaqqaf fl-1990, il-Malta Jazz Festival sar wieħed mill-aktar avvenimenti kulturali importanti ta’ Malta, li matul l-istorja tiegġu daqqew mużiċisti tal-jazz rikonoxxuti internazzjonalment.
Fl-2006, il-festival għadda minn perjodu ta’ bidla, u beda jadotta approċċ aktar kummerċjali. Fl-2009, reġa’ lura għall-fokus oriġinali tiegħu fuq il-jazz, u kompla r-rwol tiegħu bħala pjattaforma għall-jazz kontemporanju.
Għażla ta’ posters u programmi mill-Festival tal-Jazz ta’ Malta.

L-ewwel poster tal-Festival tal-Jazz ta' Malta (1991).
Xogħol artistiku minn Luciano Micallef.

Festival tal-Jazz ta' Malta 1997
Xogħol artistiku minn Norbert Attard
STEJJER
L-istejjer li hawn taħt jiffurmaw parti minn Aneddoti tal-Jazz f’Malta, proġett li jgħaqqad flimkien il-mużika u l-films biex jesplora l-istorja tal-jazz f'Malta. Prodott minn Nix Mangiari b’kollaborazzjoni ma’ sugu.tv, il-proġett ġie ppreżentat għall-ewwel darba ġewwa Palazzo de La Salle fit-2 ta’ Novembru 2023.

Il-Jazz Bikri f'Malta

Charles Gatt | Improvizzazzjoni






